Wednesday, July 24, 2024

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għal-Liġijiet b’nefqa tliet darbiet aktar fl-2021

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis żar l-Uffiċċju tal Kummissarju tal-Liġijiet fil-Belt Valletta, fil-preżenza tal-Kummissarju tal-Liġijiet, l-Imħallef  Emeritus Antonio Mizzi. 

Il-gvern jinsab impenjat li jkompli jsaħħaħ dan l-uffiċċju tant importanti wara li fl-2016 ħatar  kummissarju għal-liġijiet li kien ilu ma jinħatar is-snin. Dan minkejja li l-Uffiċċju tal-Kummissarju  tal-Liġijiet huwa mwaqqaf skont l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji. Dr Mizzi  huwa t-tieni kummissarju għal-liġijiet mill-2016 ’l hawn. 

Il-Ministru għall-Ġustizzja qal li b’nefqa ta’ tliet darbiet aktar għas-sena 2021 mis-sena 2020, din l amministrazzjoni qed issaħħaħ il-Kummissjoni għal-Liġijiet li fost l-oħrajn għandha l-għan li tassigura leġiżlazzjoni aħjar u iktar korretta.  

Għall-ewwel darba, dan l-investiment ħa jwaqqaf uffiċċju permanenti minn fejn jopera l-kummissarju  għal-liġijiet. Se joħorġu diversi sejħiet pubbliċi għal avukati full-time biex joperaw minn dan l uffiċċju. Dan ifisser li l-Uffiċċju se jingħata aktar riżorsi li bihom jista’ jipproponi aktar riformi legali  li fuqhom il-gvern jista’ jmexxi.  

Fuq deċiżjoni tal-ministru, il-kummissarju diġà qed jaħdem fuq proċess ta’ konsolidament tal-korp  tal-liġijiet tagħna. Fl-istess waqt, qed iħejji proposti biex jitħaffu l-proċessi kriminali u l-inkjesti  maġisterjali.  

L-isfida ta’ kull gvern hija li jassigura li l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tirrifletti l-valuri u d-diversità tas soċjetà tagħna, u għal dan l-għan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet huwa essenzjali.  

Il-Ministru Edward Zammit Lewis ikkonkluda li se jibqa’ għaddej bir-riformi meħtieġa sabiex jara li  verament ikollna liġijiet li jtejbu ħajjet iċ-ċittadini tagħna u li permezz tagħhom ikollna sistemi  ġurdiċi effettivi u effiċjenti. 

Ekonomija

Sport