Saturday, December 21, 2024

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ifakkar il-Jum Dinji tat-Tfal

Aqra wkoll

L-20 ta’ Novembru huwa l-Jum Dinji tat-Tfal, jum imfakkar madwar id-dinja kollha. Huwa jum ta’ azzjoni għat-tfal li jimmarka l-addozzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

It-tema għal din is-sena hija Isimgħu l-Futur! Jekk nisimgħu lit-tfal, nistgħu nwettqu d-dritt tagħhom li jesprimu ruħhom, nifhmu l-ideat tagħhom għal dinja aħjar u ninkludu l-prijoritajiet tagħhom fl-azzjonijiet tagħna llum.

Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji għat-Tfal, l-Uffiċċju ttal-Kummissarju għat-Tfal qed isostni u jħeġġeġ l-iskejjel itellgħu attivitjiet fl-iskola. ‘L fuq minn 60 skola se jkunu qed jieħdu sehem. B’ rabta ma’ dan, l- Uffiċċju żviluppa u qassam toolkit, li jippromwovi d-dritt tat-tfal għall-parteċipazzjoni. Dan jikkonsisti f’ żewġ vidjows (wieħed għall-Primarja u wieħed għall-Iskola Medja/Sekondarja) kif ukoll fi pjan ta’ lezzjoni li jmur mal-vidjow.

Il-Parteċipazzjoni tat-Tfal hija prijorità għall-Uffiċċju u matul is-sena skolastika 2023/2024, l- Uffiċċju mexxa 15-il focus group fi skejjel tal-Istat, tal-Knijsa u Indipendenti biex jisma’ x’ għandhom xi jgħidu t-tfal dwar kif id-drittijiet tat-tfal jistgħu jiġu implimentati aħjar f’ Malta. B’ rabta mat-tema ta’ din is-sena, l-Uffiċċju qed iniedi r-rapport ‘The World According to Children’, li jagħti stampa tal-feedback u r-rakkomandazzjonijiet li saru mit-tfal permezz tal- focus groups. L-Uffiċċju qed ukoll iressaq numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex l-ideat tat-tfal jitwettqu b’ mod iktar sħiħ.

L-Uffiċċju se jkun qed iqassam pubblikazzjonijiet lit-tfal kollha tal-Ewwel Sena, ir-Raba’ Sena, il-Ħames Sena, is-Sitt Sena u s-Seba’ Sena. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom l-għan li joħolqu kuxjenza dwar id-drittijiet tat-tfal.

Biex jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal, sar ukoll vidjow li ġie mqassam fl-iskejjel u ġie mxandar fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport