Thursday, February 19, 2026

L-Uffiċċju tal-Kummissarju hu konxju ta’ informazzjoni li qiegħda tiċċirkola li tallega li hemm pantera f’Bormla

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Kummissarju huwa konxju ta’ informazzjoni li qiegħda tiċċirkola online li tallega li deher annimal selvaġġ, allegatament pantera, f’żona residenzjali f’Bormla.

Wara verifiki ma’ sorsi disponibbli, inklużi individwi li ġibdu din il-kwistjoni għall-attenzjoni, hemm informazzjoni li tindika li 𝗺’𝗵𝗲𝗺𝗺 𝗹-𝗲𝗯𝗱𝗮 qattus selvaġġ maħrub. L-informazzjoni ġiet ukoll riferuta lill-awtoritajiet kompetenti, inkluża d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, għal kwalunkwe segwitu meħtieġ skont ir-rwol ta’ infurzar tagħhom.

L-ebda data personali, jew data relatata ma’ kwalunkwe investigazzjoni marbuta ma’ dan il-każ, ma ser tiġi żvelata. Il-kunfidenzjalità tal-individwi li rrappurtaw din l-informazzjoni ser tiġi rispettata.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook: Office of the Commissioner for Animal Welfare

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport