Wednesday, July 24, 2024

L-Uffiċċju tal-Kummissarju ta-Tfal jikkundanna l-filmat onlajn li ttella b’rabta mal-bullying

Aqra wkoll

Fi stqarrija li bagħat, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, qal li jikkundanna l-inċident li seħħ, fejn deher bħala inċident ikrah ta’ bullying.

L-istess uffiċju qal li t-tfal u l-adoloxxenti għandhom id-dritt li jiġu protetti minn kull tip ta’ periklu u għalhekk qegħdin jagħmlu talba lill-awtoritajiet kollha sabiex jintervjenu sabiex il-vittma tingħata l-għajnuna kollha neċessarja u sabiex tittieħed azzjoni xierqa. 

L-Uffiċċju qal huwa mħasseb ukoll dwar kif dan l-inċident kien mtella’ onlajn, fejn rawh ħafna persuni u anke ġie riprodott fuq il-midja, li jista’ iwassal sabiex il-vittma terġa’ tgħaddi minn trawma u jista’ ikollu wkoll mpatt negattiv fuq nies oħra.

Żiedu jgħidu li jrid isir sforz biex tissaħħaħ l-empatija fit-tfal u fiż-żgħażagħ sabiex inċidenti ta’ dan it-tip ma’ jseħħux, kif ukoll, sabiex dawn ikollhom l-għarfien sabiex ma’ jibqgħux passivi u jfittxu l-għajnuna meta’ jiffaċċjaw sitwazzjonijiet bħal dawn.

Ekonomija

Sport