Sunday, December 22, 2024

L-Uffiċċju tal-President iffirma l-liġi l-ġdida tal-IVF

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, l-Uffiċju tal-President iffirma l-liġi l-ġdida ttal-IVF. Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Parlament ivvota u approvaha b’maġġoranza kbira.

L-emendi fil-liġi tal-IVF ġew approvati mill-parlament b’66 vot favur u tliet voti kontra. Il-vot ittieħed proprju fil-100 jum ta’ gvern ġdid Laburista. 

Matul il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu li għadda, il-Partit Laburista wiegħed li f’mitt jum ta’ Gvern ġdid immexxi minnu, dawn l-emendi se jkunu qegħdin jgħaddu mill-Parlament.

Il-liġi l-ġdida tal-IVF ġiet iffirmata mill-Aġent President ta’ Malta, Frank Bezzina wara li l-President George Vella ħalla Malta kmieni dalgħodu għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth li se ssir f’Birmingham fir-Renju Unit.

Din il-ġimgħa mistenni jiġi ppubblikat l-Avviż Legali bil-protokol aġġornat.

Ekonomija

Sport