Tuesday, December 24, 2024

L-Uffiċċju tal-President jagħmel rapport mal-Pulizija dwar rapport falz li qed jinxtered fuq l-internet

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, fuq l-internet beda jdur rapport falz imsejjaħ ‘SPECIAL REPORT: President Calls This Maltese Lucky “Economic Support Payment 2.0”’, li qed juża l-immaġini u jikkwota lill-President ta’ Malta George Vella b’mod mill-aktar qarrieq.

L-Uffiċċju tal-President qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li dan ir-rapport huwa falz u li l-President Vella qatt ma ta din l-intervista. Dwar dan ir-rapport, l-Uffiċċju tal-President għamel rapport mat-Taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija u dan qed jiġi investigat.

Ekonomija

Sport