Saturday, December 21, 2024

L-Uffiċjali Korrettivi f’lockdown fil-ħabs

Aqra wkoll

Dalgħodu 130 Uffiċjal Korrettiv inqaflu f’lockdown fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan il-lock down qed isir biex kemm jista’ jkun il-virus tal-Covid-19 ma tinfirixx fil-ħabs.

F’kumment fuq il-midja soċjali l-Aġenzija Għas-Servizzi Korrettivi saħqet li wieħed jammira l-kuraġġ tal-Uffiċjali Korrettivi, li flimkien ma’ numru ta’ professjonisti, għal matul din il-ġimgħa se jibqgħu ’l bogħod mill-għeżież tagħhom u l-kumdità ta’ djarhom biex jagħtu s-servizz tagħhom kif mitlub bħala forza dixxiplinata.

Ekonomija

Sport