Friday, February 20, 2026

“L-ugwaljanza tfisser li kulħadd jingħata l-opportunità li jilħaq fejn jixtieq hu”

- is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja

Aqra wkoll

“L-ugwaljanza tfisser li kulħadd jingħata l-opportunità li jilħaq fejn jixtieq hu”. Qal dan is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja waqt li ken qed jindirizza konferenza organizzata mill-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-ġimgħa ddedikata għall-ġustizzja soċjali. 

Is-Sur Bugeja qal li waħda mill-affarijiet li tweġġgħu hi meta jkun hemm dak li jissejjaħ working poor, fejn ħaddiem jagħmel xogħlu kif mitlub iżda l-paga tiegħu ma tkunx biżżejjed biex jgħix ħajja diċenti.

Huwa tkellem ukoll dwar il-bżonn li l-ħaddiema, inkluż dawk barranin, jiġu trattati bl-istess drittijiet filwaqt li kulħadd għandu jkollu l-opportunità li jilħaq il-massimu tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport