Sunday, November 24, 2024

L-Ukrajna tapprezza l-appoġġ ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

L-Ukrajna laqgħet l-appoġġ politiku u l-għajnuna tal-Gvern ta’ Malta lill-Ukreni li jgħixu Malta.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba esprima l-apprezzament tiegħu għall-isforzi tal-fora Ewropej u internazzjonali ta’ Malta biex tinkiseb soluzzjoni paċifika.

“Nirringrazzjak minn qalbi talli ħadt ħsieb l-Ukreni f’Malta.” Is-Sur Kuleba qal lill-Ministru Evarist Bartolo.

Il-Ministru Bartolo qal lill-Ministru Kuleba li qed isegwi l-isforzi persistenti tal-Ukrajna biex tikseb waqfien mill-ġlied b’dinjità.

“Jalla tirnexxi, għalkemm jeħtieġ liż-żewġ naħat biex tilħaq dan l-għan.”

Il-Ministru Bartolo qal lill-Ministru Kuleba li Malta qed tilqa’ qraba ta’ Ukreni li jgħixu hawn u bdiet tagħti l-kura lit-tfal bil-kanċer fl-isptar tagħna filwaqt li tibgħat prodotti mediċinali fl-Ukrajna.

“Jalla din il-gwerra krudili tispiċċa kemm jista’ jkun malajr, u jibda l-bini mill-ġdid ta’ pajjiżek,” qal il-Ministru Bartolo lill-Ministru Kuleba.

Sport