Friday, December 27, 2024

L-Ukrajna tgħid li r-Russja qed tkompli tipprovokaha billi taqla’ qlajjiet foloz dwar attakki mill-Ukreni

Aqra wkoll

Kelliem għall-amministrazzjoni Ukrena, Mykhailo Podolyak, f’kitba fuq Twitter qal li dak li qed tallega r-Russja dwar grupp ta’ Ukreni li wettqu sabutaġġ fil-fruntiera tar-Russja hija “provokazzjoni intenzjonata”.

Iktar kmieni llum, il-midja Russa rrappurtat li l-armata Russa kienet qed tikkumbatti kontra grupp Ukren fir-reġjun ta’ Bryansk – li jagħmel parti mill-fruntiera Ukrena – wara li allegatament ħatfu persuni minn ġo ħanut bdew iżommuhom ostaġġi.

Putin qal li dawn ir-rapporti juru li “dan il-grupp ta’ sabutaġġ Ukren” wettaq “att terroristiku” mmirat lejn in-nies ċivili.

Min-naħa tiegħu Podolyak kompla jgħid li l-Kremlin qed tipprova tbeżża’ lil niesha sabiex tiġġustifika l-aggressjoni li qed twettaq fuq l-Ukrajna u l-faqar kbir li ntlaqat minnu l-pajjiż wara sena ta’ gwerra li bdiet hi stess appena invadiet lill-Ukrajna.

Ekonomija

Sport