Saturday, October 26, 2024

“Aħna ma naħdmux b’dan il-mod, m’aħniex qattiela bħalkom”

L-Ukrajna tiċħad li kienet wara l-qtil ta’ Darya Dugina

Aqra wkoll

Uffiċjali Ukreni ċaħdu l-akkuża tar-Russja li s-servizzi speċjali tagħha kienu wara l-qtil ta’ Darya Dugina, bint alleat qrib tal-President Russu Vladimir Putin.

“Aħna ma naħdmux b’dan il-mod, m’aħniex qattiela bħalkom” qal is-Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali u tad-Difiża Oleskiy Danilov. 

Dugina, kummentatriċi fuq stazzjon televiżiv nazzjonalista Russu, mietet meta l-karozza tagħha splodiet fil-periferija ta’ Moska. 

Missierha, Alexander Dugin, seta’ kien fil-mira maħsuba tal-attakk. Huwa sellem il-memorja ta’ bintu u ddeskriviha bħala “stilla li kienet fil-bidu tal-vjaġġ tagħha.” 

Qal li hija nqatlet quddiemu mill-għedewwa tar-Russja u kompla jsejjaħ għar-rebħa fuq l-Ukrajna. 

Il-President Putin ukoll ikkundanna dan ir-reat “vili u krudili”. Is-servizz ta’ tifkira ta’ Dugina sar fiċ-ċentru tat-televiżjoni ta’ Ostankino tar-Russja t-Tlieta filgħodu. 

F’Kyiv, is-Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà u tad-Difiża qal li “l-Ukrajna ma kellha x’taqsam xejn ma’ dan il-każ. Għandna affarijiet oħra importanti għall-irġiel u n-nisa tagħha.”.

Sport