Kyiv ipproponiet lil Moska sabiex bejniethom isiru taħditiet ta’ paċi. Iddikjara dan il-President tal-Ukrjna, Volodymyr Zelenskyy nhar is-Sibt. Zelensky sostna li s-segretarju tal-kunsill tas-sigurtà tal-Ukrajna ukoll kien ħareġ b’din il-proposta għal din il-laqgħa mar-Russja.
Zelenskyy tenna r-rieda tiegħu li jkollu laqgħa wiċċ imb wiċċ mal-president Russu, Vladimir Putin. Enfasizza li l-laqgħa fil-livell ta’ tmexxija hija meħtieġa biex tassew tiġi żgurata l-paċi dejjiema.
Midja internazzjonali rrapurtat li r-Russja ripetutament qalet li hija lesta għal sensiela ġdida ta’ taħditiet mal-Ukrajna. Minkejja li qalet dan, xorta ma’ rtiratx mill-għanijiet massimalisti tal-gwerra.
Fit-taħditiet li kien hemm matul ix-xahar li għadda, ir-Russja fasslet lista ta’ talbiet iebsin, inklużi sejħiet biex l-Ukrajna ċċedi aktar territorji u tirrifjuta kull forma ta’ appoġġ militari tal-Punent. Min-naħa tagħha, Kyiv ċaħdet dawn it-talbet u qaet li dawn huma inaċċettabli.