Sunday, December 22, 2024

L-Ukrajna tkompli titlob għal ajruplani tal-gwerra minn Franza u l-Ġermanja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Ukrajna tkompli titlob għal ajruplani tal-gwerra minn Franza u l-ĠermanjaIl-President Ukren Volodymryr Zelensky iltaqa’ mal-President Franċiż Emmanuel Macron u mal-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz.

F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizza l-Erbgħa filgħaxija, Zelensky qal li Franza u l-Ġermanja għandhom potenzjal kbir li jipprovdu lill-Ukrajna ajruplani tal-gwerra sabiex b’hekk tkun tista’ tirribatti kontra r-Russja.

Fid-diskors tiegħu, Macron qal li l-Ukrajna tista’ sserraħ moħħha għax l-Ukrajna se ssib appoġġ mingħand Franza. Żied jgħid li bħala pajjiż Franza minn dejjem kien iddeterminat biex jgħin lil Ukrajna sabiex tirbaħ il-gwerra mar-Russja u fl-aħħar mill-aħħar sabiex tikseb id-drittijiet tagħha lura.

Scholz min-naħa tiegħu qal li l-mod ta’ kif taħsibha l-Ġermanja fuq l-Ukrajna dejjem baqgħet l-istess minn mindu faqqgħet il-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-fehma tagħhom hi li r-Russja ma għandha qatt tirbaħ il-gwerra.

Minkejja t-talba li saret mingħand Zelensky, għad m’hemm l-ebda indikazzjoni ċara jekk Franza u l-Ġermanja hux se jibagħtu dawn l-ajruplani lill-Ukrajna jew le.

Minħabba li s’issa baqa’ kollox kif kien, il-President Franċiż u l-Kanċillier Ġermaniż kellhom diversi kritika b’rabta mad-dewmien fl-għoti tal-għajnuna meħtieġa lill-Ukrajna.

Riċentament, is-Sur Zelensky esprima wkoll il-frustrazzjoni tiegħu ma’ Macron wara li kompla jagħmel telefonati mal-President Russu Vladimir Putin wara l-invazjoni. Iżda l-president Ukren, meta tkellem mal-gazzeta Franċiża Le Figaro, qal li jemmen li s-Sur Macron “inbidel”.

Ekonomija

Sport