Sunday, December 22, 2024

L-Ukrajna trid li l-UEFA tirrevedi d-deċżjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-Russi

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Football Ukrajna (UAF) tgħid li se tibbojkottja kull kompetizzjoni tal-UEFA li r-Russja titħalla lura fiha.

Nhar it-Tlieta l-UEFA qalet li r-Russja tista’ terġa’ tidħol f’kompetizzjonijiet Ewropej ta’ taħt is-17-il sena għall-ewwel darba mill-invażjoni tal-pajjiż tal-Ukrajna 19-il xahar ilu.

Iżda l-UAF sejħet li r-riintegrazzjoni tagħhom hija “bla bażi” u żiedet li d-deċiżjoni “tittollera l-politika aggressiva tar- Russja”.

“Inħeġġu bil-qawwa lill-UEFA biex tirrevedi din id-deċiżjoni,” qalet l-UAF.

“Aħna ninsistu biex nippreservaw id- deċiżjonijiet preċedenti tal-UEFA u l-FIFA rigward il-prevenzjoni tat-timijiet Russi kollha milli jipparteċipaw f’kompetiz­zjonijiet internazzjonali.”

Il-UEFA, il-korp governattiv tal-football Ewropew, qalet li s-subien u l-bniet m’għandhomx jiġu kkastigati għall-azzjo­nijiet tal-adulti.

“Il-football m’għandu qatt jaqta’ qalbu milli jibgħat messaġġi ta’ paċi u tama,” qalet l-organizzazzjoni.

Il-Football Association Ingliża ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-UEFA u tgħid li l-Ingilterra ma tilgħabx mar-Russja jekk tiġi f’polza kontrihom.

Kelliema tal-FA qalet: “Aħna ma nap­poġ­ġawx il-pożizzjoni li r-Russja terġa’ tidħol f’kompetizzjonijiet ta’ grad ta’ età tal-UEFA, u l-pożizzjoni tagħna tibqa’ li t-timijiet tal-Ingilterra mhux se jilagħbu kontra r-Russja.”

Rappreżentanti mill-Polonja u r-Rumanija huma wkoll maħsuba li huma kontra l-pjan tal-UEFA.

Il-UEFA tgħid li “tenniet il-kundanna tagħha tal-gwerra llegali tar-Russja” u kkon­fermat li t-timijiet l-oħra kollha Russi jibqgħu sospiżi.

Il-finali li jmiss tal-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena se jintlagħbu f’Ċipru s-sena d-dieħla. L-ekwivalenti tan-nisa se jsiru fl-Isvezja f’Mejju li ġej.

Ekonomija

Sport