L-Ukrajna għadha kemm użat għall-ewwel darba missili magħrufa bħala ‘ATACMS’ li ġew mogħtija fl-aħħar ġimgħat mill-Istati Uniti. Iddikjara dan il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, ftit tal-ħin wara li ċċirkolaw rapporti mill-midja internazzjonali li spjegaw kif missili tat-tip ‘ATACMS’ qerdu madwar disa’ ħelikopters tar-Russja.
Però, s’issa għad ma kien hemm l-ebda dikjarazzjoni mill-Awtoritajiet Ukreni dwar id-data, il-ħin u l-post ta’ meta ntużaw dawn il-missili mill-Ukrajna.
Fil-passat, l-amministrazzjoni Biden kienet irrifjutat li tipprovdi armi lill-Ukrajna, iżda fl-aħħar ġimgħat iddeċidiet li tibdel fehemitha.