Saturday, December 21, 2024

L-Ukrajna u r-Russja se jiltaqgħu fuq il-fruntiera mal-Belarus għal taħditiet

Aqra wkoll

L-uffiċċju tal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy ikkonferma li d-diplomatiċi tagħhom se jiltaqgħu ma’ delegazzjoni Russa għal taħdidiet ta’ paċi, minkejja li qabel kienu jqisuhom bħala li ma jagħmlux sens.

Aktar kmieni, ir-Russja qalet li kienet ‘lesta’ għal diskussjonijiet wara li attakkat lill-ġar tagħha u bagħtet delegazzjoni fil-Belarus.

Il-President Ukren kien qal lil pajjiżu f’messaġġ permezz ta’ filmat li kien lest jibda t-taħditiet iżda mhux fil-Belarus, li kienet intużat għall-invażjoni.

Huwa semma Varsavja, Bratislava, Istanbul, Budapest jew Baku bħala postijiet alternattivi possibbli u għamilha ċara li postijiet oħra kienu wkoll possibbli.

Iżda minkejja dan, illum l-uffiċċju tiegħu qal li ż-żewġ naħat se jiltaqgħu f’post mhux speċifiku fuq il-fruntiera tal-Belarus. 

Dan l-iżvilupp sar ftit wara li l-President Russu Vladimir Putin ordna li l-forzi nukleari Russi jitpoġġew fuq allert għoli bi tweġiba għal dawk li sejjaħ ‘dikjarazzjonijiet aggressivi’ mill-qawwiet ewlenin tan-NATO.

Ekonomija

Sport