Saturday, December 21, 2024

L-Ukren Kucheriavyi protagonist fil-promozzjoni ta’ Kerty Hearts

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Kelty Hearts, Max Kucheriavyi, bħal ma jagħmel ta’ kuljum, nhar is-Sibt filgħaxija ċempel lill-ġenituri tiegħu fl-Ukrajna li hija mifnija bil-gwerra. 

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien għadu kemm esperjenza l-akbar mument tal-karriera żagħżugħa tiegħu – skorja l-goal li rebbaħ it-titlu lil Kelty u kisbu l-promozzjoni minn League 2 fl-istaġun tad-debutt tagħhom ta’ li Scottish Professional Football League.

U, hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet daħ­lu fl-aqwa tagħhom fi New Central Park mimli xemx, il-ħsibijiet ta’ Ku­cheriavyi malajr daru lejn il-maħbubin tiegħu.

“Se nċempel lill-ġenituri tiegħi, nitkellem fit-tul magħhom u ngawdi ċ- ċelebrazzjonijiet ma’ sħabi,” huwa qal lill-midja Skoċċiża.

“Il-familja tiegħi kollha reġgħet lura d-dar fl-Ukrajna. Kellhom jitilqu minn Kyiv, iżda issa jinsabu f’post aktar sigur. Għall-inqas huma sikuri u jistgħu jżommu kuntatt miegħi.

“Inċemplilhom kuljum biex nara kif huma. Jiena kburi ħafna bihom u nittama li huma kburin daqsi.”

Kucheriavyi sab il-football ħelsien mit-tortura mentali tal-inkwiet għall- maħbubin fost l-invażjoni tar-Russja.

Iż-żagħżugħ, li ngħaqad ma’ St Johnstone mill-club ta’ belt twelidu, Kyiv, f’Jannar 2021, mar f’Kelty b’self mill-club tal-Premiership ix-xahar li għadda, tlett ijiem wara li l-Ukrajna ġiet attakkata.

“Mentalment ġie xahar iebes ħafna għalija,” huwa qal. “Jien nipprova niffoka fuq il-football kemm jista’ jkun – kienet l-unika ħaġa li għenitni nieqaf nara l-aħbarijiet fuq it-telefon tiegħi.”

L-ewwel goal li skorja fis-seba’ ħarġa tiegħu għal Kelty, se jkun mument li għandu jgħożż għall-kumplament tal-karriera tiegħu.

Ekonomija

Sport