Sunday, November 3, 2024

L-Ukreni jgħidu li tilfu 10,000 suldat … “imma r-Russi tilfu ħafna iktar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ukrajna qiegħda tgħid li minn meta bdiet l-invażjoni tar-Russi tilfet madwar 10,000 mis-suldati tagħha.

Il-konsulent Presidenzjali Oleksiy Arestovych ta dawn id-dettalji f’intervista fuq il-midja soċjali. Meta mistoqsi kemm tilfet truppi l-Ukrajna fl-ewwel 100 jum tal-gwerra – jiġifieri mill-24 ta’ Frar sat-3 ta’ Ġunju.

L-Ukrajna qiegħda tikkalkula li qed titlef madwar 100 suldat  kuljum, b’mijiet oħra jisfaw midrubin.

Arestovych qal li t-telf għar-Russi kien bosta drabi akbar fejn qiegħed ikun stmat li s’issa mietu mat-30,000 suldat Russu. Minkejja dan rapport fl-Ingilterra qegħdin jgħidu li dawn jammontaw għal ftit aktar minn 15,000. 

Il-gwerra kollha tal-Afganistan tal-1979-1989 swiet lill-militar Sovjetiku madwar 15,000 ħajja.

L-awtoritajiet Russi ma taw l-ebda ċifra uffiċjali għat-telf tat-truppi tagħhom fl-Ukrajna mill-25 ta’ Marzu lil hawn. Dakinhar kienu qalu li mietu 1,351 suldat u uffiċjal.

Sport