Wednesday, December 25, 2024

L-Ukreni jingħataw software tal-facial recognition mill-Amerikani

Aqra wkoll

L-Amerka offriet li tgħin lill-Ukrajna permezz ta’ software tal-facial recognitionli għandu l-abbiltà illi jikxef l-aggressuri Russi u li jidentiifika lill-mejtin. Skont Lee Wolosky huwa rrappurtat li l-Ukrajna qed tingħata aċċess b’xejn għas-search engine ta’ Clearview li qed tagħti l-abbiltà lill-awtoritajiet sabiex permezz tal-uċuħ tingħata l-informazzjoni dwar in-nies waqt li jkunu fiċ-checkpoints.Madanakollu, xi kritiċi jsostnu li l-facial recognition tista’ twassal biex in-nies fiċ-checkpoints jew waqt il-battalji ma jiġux identifikati tajjeb.

Skont il-kofundatur u l-Kap Eżekuttiv ta’ Clearview, Hoan Ton-That, f’ittra li ntbagħtet lil Kyiv ix-xahar l-ieħor, sostna li d-database ta’ Clearview tista’ tgħin lill-Ukreni sabiex jidentifikaw l-katavri iktar malajr milli jekk jużaw is-sistema tal-marki tas-swaba’, anki jekk ikun hemm xi feriti fl-uċuħ. Barra minn hekk, l-ittra tkompli tgħid li din l-istess teknoloġija tista’ tintuża sabiex terġa’ tgħaqqad flimkien lil dawk ir-refuġjati li ġew mifruda minn familthom, tidentifika operattivi Russi, u tgħin lill-Ukreni sabiex jesponu posts foloz fuq il-midja soċjali li huma relatati mal-gwerra. Ton-That ikkonferma li fil-ġranet li ġejjin f’xi partijiet tal-Ukrajna se tkun qed tiġi installata din is-sistema.

Id-Direttur Eżekuttiv tas-Surveillance Technology Oversight Project fi New York, Albert Fox Cahn, juri t-tħassib tiegħu dwar din it-teknooġija hekk kif jargumenta li “Ladarba tintroduċi dawn it-tip ta’ sistemi f’żoni milquta mill-gwerra, inti m’għandekx kontroll dwar kif se tiġi użata”. Cahn sostna li “Se nkunu qed naraw teknoloġija li oriġinarjament inħolqot b’intenzjonijiet tajba iżda li minflok se tkun qed tweġġa’ lil dawk in-nies li suppost qed jiġu megħjuna”. Ton-That min-naħa tiegħu stabbilixxa li Clearview qatt m’għandha tiġi użata bħala l-unika sors ta’ identifikazzjoni,u żied jgħid li ma jridx illi din it-teknoloġija tiġi użata b’tali mod li tmur kontra l-Konvenzjonjiet ta’ Ġinevra”. 

Ekonomija

Sport