Sunday, December 22, 2024

L-Ukreni jistiednu ommijiet ta’ suldati Russi biex jiġbruhom minn Kyiv

Aqra wkoll

L-Ukreni qegħdin jistiednu lill-ommijiet tas-suldati Russi biex jiġbru lil uliedhom li nqabdu  minnhom waqt l-invażjoni.

Il-Ministru għad-Difiża Uken qalet li ttieħdet din id-deċiżjoni sabiex dawk is-suldati li sfaw f’idejhom jitħallew jinġabru minn ommijiethom jekk dawn imorru biex jiġbruhom minn Kyiv.

Skont rapporti fil-midja barranija, iċ-ċittadini Ukreni qegħdin jipprovdu lil dawn is-suldati tal-għadu b’xarbiet sħan u anke xi ikel. Barra minn hekk qegħdin jagħtuhom dan l-aċċess biex iċemplu lil ommijiethom f’pajjiżhom.

Dan qiegħed iseħħ wara li l-Ministru Iryna Vereshchuk talbet lis-soċjetà tas-Salib l-Aħmar Internazzjonali sabiex tgħin fir-ripatriazzjoni tal-katavri tas-suldati Russi.

Hija qalet li l-ewwel jiem ta’ invażjoni diġà ħallew eluf ta’ vittmi Russi u li dan huwa bżonn umanitarju. F’appell qalbieni, hija qalet li l-invażuri messhom jiġbru lil nieshom, anke l-vittmi u jirritornaw f’pajjiżhom għax inkella se jiżdiedu bl-eluf il-vittmi bla ħtija ta’ din il-gwerra għax finalment ir-rebħa se tkun waħda favur l-Ukrajna.

Ekonomija

Sport