Saturday, December 21, 2024

L-Ukreni konxji li r-Russja tista’ tipprova taħsadhom fl-ewwel anniversarju mill-bidu tal-invażjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għad-Difiża Ukren iddikjara li r-Russja tista’ tkun qiegħda tipprepara offensiva maġġuri u wissa’ li din tista’ tara l-bidu tagħha fil-jiem li ġejjin. 

Oleksii Reznikov qal li f’Moska nġabru eluf ta’ truppi u jista’ jkun li għaddejjin pjanijiet biex jippruvaw jagħmlu xi ħaġa biex jimmarkaw l-anniversarju mill-invażjoni tagħhom fl-Ukrajna. Huwa stmat li r-Russja ħejjiet mal-500,000 truppi għal tali offensiva.

L-attakk jista’ jkun qiegħed jimmarka wkoll dik li fil-pajjiż jirreferu għaliha bħala Fatherland Day, jum li fih fil-pajjiż jitfakkru l-kisbiet kurrenti kif ukoll tal-passat ta’ bosta Russi.

Intant il-vittmi fl-aħħar attakki komplew jiżdiedu fejn mietu tliet persuni fil-belt ta’ Kramatorsk u tmienja oħra sfaw midrubin fil-belt ta’ Donetsk wara attakk fuq binja residenzjali. Il-vittmi mistennija jiżdiedu hekk kif uffiċjali tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin bi tfittxija qalb it-tifrik.

Min-naħa tiegħu l-President Ukren Zelensky qal l-unika mod biex jitwaqqfu r-Russi huwa billi l-Ukrajna tegħlibhom u li dan jista’ jsir b’tankijiet tal-gwerra, ajruplani tal-gwerra u anke missili li jwasslu fit-tul.

Il-Ministru Ukren saħaq jgħid li hu fiduċjuż li l-2023 tista’ tkun s-sena li timmarka rebħa kbira militari.

Ekonomija

Sport