Monday, September 23, 2024

L-UMASA kkonfermata mill-Qrati bħala l-union ewlenija għall-għalliema fl-Univerista; Miċħuda talba ta’ mandat ta’ inibizzjoni mill-MUT

Aqra wkoll

Il-Qorti Ċivili ċaħdet talba tal-Union Maltija tal-Għalliema biex l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istaff Akkademiku fi ħdan l-Universita taa’ Malta ma tibqax tiġi kkunsidrata bħala l-union ewlenija għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv fir-rispett tal-għalliema impjegati fi ħdan l-Universita ta’ Malta.

Il-Qorti semgħet kif kif f’Lulju ta’ din is-sena, inqalgħu diffikultajiet fuq numru ta’ proposti li ddaħħlu fil-ftehim kollettiv ġdid, tant li l-MUT kienet qegħda tikkunsidra li tirreġistra tilwima industrijali dwarhom. Din kienet waħda f’sensiela ta’ diżgwid li kien hemm bejn iż-żewġ unions fejn jidħol in-negozjar ta’ kundizzjonijiet ġodda, fosthom diżgwid li kien hemm fl-2001 fejn jidħlu l-għaliema ta’ Junior College, kif ukoll deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali fl-2007 li aċċetta t-talba tal-UMASA biex tkun parti mid-diskussjonijiet industrijali.

Iktar tard fl-2020, l-UMASA talbet lid-Direttur għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali biex huwa jingħata l-għarfien waħdieni għall-akkademiċi reċidenti u riċerkaturi, għal liema talaba l-MUT għamlet talba għal mandat ta’ injibizzjoni li kienet milqugħa mill-Qrati.

Fid-deliberazzjoni tagħha, il-Qorti saħqet li t-talba tal-MUT kienet ibbażata sempliċiment fuq id-deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali tal-2007: “Din il-Qorti ma ssibx li tali pretensjoni hija biżżejjed biex fuq is-saħħa tagħha toħroġ il-Mandat mitlub. L-għarfien ta’ għaqda trejdunjonistika mill-prinċipal hija kwisjtoni kemm ta’ fatt, kif ukoll ta’ dritt, li timxi maċ-ċirkostanzi taż-żmien.”

Fl-istess ħin, il-Qorti saħqet li l-UMASA kella jedd li titlob l-għarfien prinċipali “jekk jikkonkorru l-elementi magħrufa mill-istess liġi. Dan il-jedd jista jitwettaq bil-mekkaniżmu ta’ verifika li l-liġie nediet, bla ma jkun meħtieġ li wieħed ikollu jirirkorri għal-litigazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja.”

L-Imħallef Joseph R. Micallef ippreseda l-każ.

Sport