Friday, November 15, 2024

“L-umiltà hija l-arma li żżarma l-arroganza ta’ ħaddieħor”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“L-umiltà hija l-arma li żżarma l-arroganza ta’ ħaddieħor”. Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa politika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun f’għeluq is-sena mir-rebaħ storika li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni li għaddiet. Il-mexxej Laburista qal li “se nibqgħu noffru tama għal poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Dr Abela sostna li “min iħaddem, magħna rasu mistrieħa għax aħna ninċentivawh. Nibqgħu aħna l-partit favur in-negozji. Ghax li tkun favur in-negozji tfisser li inti favur il-haddiem. Aħna nifirħu bil-ġid. Aħna nsaħħu, u nagħtu d-drittijiet ċivili.

Aħna nappoġġjaw lill-minoranzi. Aħna nġibu ċertezza. Aħna l-uniku Partit għan-nies u d-deċiżjonijiet li ħadna jixhdu dan. Aħna nagħtu opportunità lil kull min irid jikkontribwixxi lejn pajjiżna.Għax aħna ħarsitna ’l quddiem.”

Il-Prim Ministru sostna li l-Gvern se jkompli joħloq il-ġid biex b’hekk tkompli tingħata l-għajnuna lil min jiflaħ l-inqas, biex il-pajjiż jinvesti fl-edukazzjoni għal kulħadd, biex tkompli tinbena soċjetà li kulħadd isib sosten fiha u anke li l-Gvern permezz tal-investiment ikompli ma jżidx il-piżijiet fuq il-familji.

Il-Prim Ministru sostna li “fuq quddiem nett fil-ħidma kien hemm il-qasam soċjali liema “settur li qatt ma waqafna nagħtuh prijorità. Għax ikbar ma jkunu l-isfidi, iktar joħorġu l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali li tant inħaddnu. Fejn il-ġid noħolquh biex bih ngħinu lil dawk li jifilħu l-inqas fis-soċjetà. Fejn il-ġid noħolquh biex ninvestuh fis-setturi li jiggarantixxu l-mobbiltà soċjali, bħall-edukazzjoni. Biex inkomplu nibnu soċjeta fejn kulħadd isib is-sostenn. Biex kulħadd jilħaq l-aspirazzjoni ta’ ħajja aħjar għalih u għal familtu.”

Robert Abela qal li Malta hija l-unika pajjiż li minkejja kull kriżi tal-enerġija li għaddejja madwar id-dinja fuq quddiem nett fl-Ewropea, baqa’ jżomm il-prezzijiet stabbli u ma kienx hemm l-ebda żieda fil-kontijiet tad-dawl u ilma, fil-fjuwils fost oħrajn.

Quddiem mijiet ta’ partitarji Laburisti, il-Prim Ministru qal li dak kollu li jista’ jagħmel il-Gvern biex jibqa’ jgħin lin-nies se jkompli jagħmlu.

Kien hawn li l-mexxej Laburista elenka lista ta’ ksibiet u benefiċċji li ġew offruti biex iċ-ċittadini jibqgħu mexjin ‘il quddiem. Fuq quddiem nett semma li fl-ewwel baġit ta’ din il-leġiżlatura ma ddaħlu l-ebda taxxi ġodda kif sar fil-baġits kollha li saru f’dawn l-aħħar għaxar snin taħt Gvern imexxi mill-Partit Laburista.
Il-Prim Ministru sostna li kif ġie mwieġed lill-first-time buyers li mal-għajnuniet kollha li diġà jeżistru se jirċievu wkoll 10,000 ewro, 1,000 ewro fis-sena għal għaxar snin.

“Għedna wkoll li se nipproteġu r-raba agrikola u lill-bidwi u kellna l-kuraġġ nagħmlu dak li qatt ma sar u nirriformaw il-liġijiet tal-qbiela. Għax hekk ukoll inħarsu l-ambjent. Tajna l-kelma li l-art taż-Żonqor ma tinbenix u tinghata lura lill-poplu u dik il-kelma żammejniha fiz-zmien imwieghed. Fuq dik l-art ma ddumux ma taraw proġett li se jkompli jsebbaħ l-ambjent naturali u nkunu nistgħu ngawduh kollha kemm ahna. Bħalma din il-ġimgħa ftaħna l-Park ta’ Bengħajsa. Ħaddieħor hemm ried jagħmlu freeport u miżbla. Bħalma għamilna diġà, għamilna proġetti ta’ ġonna f’Ħaż-Żabbar, fil-Kalkara, fil-Mosta, f’Santa Venera u l-Ħamrun,” qal Dr Abela.

Hu kompla jgħid li ġie offrut trasport pubbliku b’xejn lil kulħadd li din hija miżura soċjali u anke ambjentali. Semma li din il-ġimgħa ġiet imnedija skema ta’ 25 miljun ewro għat-trasport aktar nadif. Qal ukoll li l-Gvern kompla jżid il-mediċini bla ħlas.

Il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern ma neħħa l-ebda miżura li daħħlet f’dawn l-aħħar għaxar snin minn Gvern Laburista li tejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti.

Meta ġie biex jitkellem dwar il-qgħad il-Prim Ministru sostna li din saret diskussjoni tal-passat hekk kif illum il-problema f’pajjiżna hi li ma hawnx nies biżżejjed biex jaħdmu. Dr Abela sostna li għal Partit Nazzjonalista dik kienet perċezzjoni u mhux realtà “għax kienu komdi huma allura komdu kulħadd.”

Il-mexxej Laburista qal li din hija biss l-ewwel sena ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern u għalhekk baqa’ erba’ snin oħrajn fejn se jitkomplew jiddaħħlu miżuri li jtejbu l-ħajja tan-nies.

Il-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li “l-umiltà hija l-arma li żżarma l-arroganza ta’ ħaddieħor”. Rajna fl-aħħar jiem l-attitudni tal-Partit Nazzjonalista fil-parlament, fejn werw biċ-ċar li għadhom jaħsbu li jridu jieħdu lura l-pajjiż fil-passat.

Il-Prim Ministru sostna li hemm futur isbaħ jistennienha… “Ta’ kuljum irridu nibgħu naħdmu bis-saħa biex il-Gvern jibqa’ jżomm il-fiduċja tal-poplu…” temm jgħid il-Prim Ministru filwaqt li wiegħed li serħan il-moħħ lin-negozji kollha li se jkomplu jsibu sosten fi Gvern Laburista.

Ekonomija

Sport