Tuesday, December 24, 2024

L-unika proposta tal-PN dwar l-elettriku kienet li jżid il-prezzijiet- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

L-uniku proposta konkreta tal-Partit Nazzjonalista dwar id-distribuzzjoni tal-elettriku kienet dik li jipprivatizza s-settur u eventwalment jżid il-prezzijiet. L-alternattiva ta’ Gvern Laburista hi li kif investa b’saħħa kbira fil-provvista, issa jissokta bl-investiment fid-distribuzzjoni.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, fejn irrimarka li fl-aħħar xhur, f’pajjiżna kulħadd seta jara xogħol qawwi għaddej fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku b’investiment miljunarju qawwi.

Ingħad li dan l- investiment qed jitkompla mingħajr ebda ħtieġa ta’ Gvern Nazzjonalista, li meta kien fdat la investa fil-provvista u wisq inqas fid-distribuzzjoni.

Il-PL qal ukoll; “Fil-fatt, fuq dan is-settur, il-Partit Nazzjonalista l-uniku track record li għandu hu li żied il-kontijiet. Li kieku ħadna l-pariri tiegħu, lanqas provvista m’għandu l-pajjiż għax dejjem emmen li Malta ma kelliex bżonn power station ġdida u meta kien fil-gvern lanqas lesta l-interconnector li tant kien ilu jitkellem dwaru. Fil-fatt kien dan il-gvern li lestih, bħalma se jlesti t-tieni wieħed u iktar proġetti ta’ enerġija rinovabbli”.

Ekonomija

Sport