Tuesday, March 10, 2026

L-unika rebbieħ fil-gwerra fuq l-Iran hija r-Russja

- Antonio Costa, President tal-Kunsill Ewropew

Aqra wkoll

Antonio Costa, President tal-Kunsill Ewropew qal li l-unika pajjiż li qiegħed igawdi mill-gwerra fuq l-Iran hija r-Russja. Costa qal li r-Russja qed tirbaħ fuq żewġ fronti minn dan il-kunflitt… iż-żieda fil-prezz taż-żejt u li l-attenzjoni tad-dinja ma għadhix fuq il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja, iżda daret fuq il-Lvant Nofsni.

“S’issa l-unika rebbieħ fil-Gwerra huwa l-Gvern Russu… iż-żieda fil-prezz taż-żejt se jżid ir-riżorsi finanzjari tar-Russja biex tkompli bil-gwerra fuq l-Ukranja,” ġie kwotat jgħid Costa waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-Ambaxxaturi fi Brussel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport