Thursday, December 26, 2024

“L-uniku ‘cover-up’ jagħmlu min irid ifixkel il-proċeduri tal-ġustizzja”- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

‘Cover up’ jagħmlu min ifixkel il-proċess tal-ġustizzja. Kif iħobb jagħmel il-Partit Nazzjonalista bl-alleati tiegħu. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista u l-alleati tiegħu l-ewwel jgħidu li l-istituzzjonijiet ma jwettqux xogħolhom, imma fl-istess ħin jaraw kif l-istess xogħol jiġi mfixkel.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Partit Laburista, fejn irrimarka li l-Prim Ministru mhux talli m’għamel ebda cover-up, iżda talli kif inhu pubblikament magħruf kien l-uffiċċju tiegħu li rrapporta l-ewwel każ ta’ allegat abbuż. Eventwalment saru l-investigazzjonijiet meħtieġa u tressqu l-persuni l-Qorti.

Il-Partit temm jgħid li bħal każijiet oħra l-Partit Nazzjonalista mhux mis-sewwa jinteressah iżda mill-kapital politiku.

Ekonomija

Sport