Friday, December 20, 2024

L-Università Amerikana ta’ Malta tiftaħ is-Sena Akkademika 2022-2023 

Aqra wkoll

L-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) tat bidu għas-sena akkademika 2022-2023, u r-ritorn tal-attività akkademika ‘wiċċ imb wiċċ’ wara r-restrizzjonijiet tal-pandemija Covid-19. Il-ftuħ tas-sena akkademika sar fit-28 ta’ Settembru 2022, biż-żamma tat-32 laqgħa tal-Bord tal-Università.

F’dak l-istess jum, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-kampus tal-Universita’ Amerikana ta’ Malta fejn ġie milqugħ miċ-Ċermen tal-bord, il-Majesta tiegħu il-Prinċep Jean de Nassau tal-Lussemburgu, il-Fundatur tal-AUM u Viċi Ċermen tal-bord, l-Inġinier Hani Salah, u l-President tal-AUM Dr. Michel Najjar. 

Waqt din iż-żjara, il-Prim Ministru kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-impjegati tal-Università u mal-istudenti tagħha. 

Attenda dan l-avveniment ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima, il-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri, s-Segretarju Parlamentari għall-Kunsill Lokali, Alison Zerafa-Civelli, Membri tal-Parlament, u Diplomatiċi. Preżenti ukoll kien hemm ukoll l-Ambaxxaturi tal-Eġittu, il-Palestina, t-Turkija kif ukoll il-Kap tad-Delegazzjoni Barranija Maltija għall-Palestina.

Fl-Indirizz tiegħu lill-mistednin, il-President tal-AUM Michel Najjar qal li l-Università Amerikana ta’ Malta saret waħda mill-akbar stakeholders fil-komunita’ Maltija, mhux biss fir-reġjun tal-Kottonera, u għalhekk qed iħarsu ‘l quddiem sabiex ikomplu joffru edukazzjoni ta’ kwalita’ f’Malta u lil hinn. 

“Huwa pożittiv li qed inkomplu niltaqgħu u nikkolaboraw ma stakeholders oħra, sabiex bħala Università nkomplu nsaħħu l-kontribuzzjoni tagħna lejn il-komunita’, mhux biss mill-aspett edukattiv, iżda ukoll fuq aspetti soċjali u kulturali” temm jgħid Najjar.

Ekonomija

Sport