Wednesday, March 26, 2025

L-Unjoni Ewropea qiegħda tħeġġeġ liċ-ċittadini biex jaħżnu provvisti ta’ ikel f’każi ta’ emerġenza

…rapporti jgħidu li l-Kummissjoni Ewropea trid li ċ-ċittadini jkunu ppreparati biex jiffaċċjaw emerġenza militari jew ambjentali

Aqra wkoll

Diversi rapporti li ġew ippubblikati indikaw li l-Unjoni Ewropea qed tibża’ dejjem aktar mit-theddida tal-espansjoni ta’ territorju mir-Russja u mill-effetti tat-tibdil fil-klima. Ir-rapporti qegħdin jgħidu li f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tippreżenta pjan li jħeġġeġ liċ-ċittadini biex ikunu ppreparati għall-agħar: gwerra jew diżastri klimatiċi.

Ir-rapporti jgħid li  għalhekk iċ-ċittadini kollha se jintalbu biex  ikollhom riżervi ta’ ilma, mediċini, batteriji, u ikel biex jgħixu għal mill-inqas 72 siegħa mingħajr assistenza esterna f’każ ta’ gwerra jew, pereżempju, għargħar jew nirien.

Skont l-abbozz ta’ dan il-pjan, li ġie avvanzat, il-Kummissjoni Ewropea ta’ Ursula von der Leyen tipproponi sett ta’ 30 azzjoni strateġika li għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-Istati Membri kollha.

Waħda minn dawn hija t-tħejjija ċivili, bil-għan li jiġi żgurat li l-popolazzjoni tkun lesta biex tiffaċċja emerġenza militari jew klimatika. Fil-fatt, f’dokument simili ppreżentat f’Ottubru li għadda, Brussell diġà qieset il-possibbiltà li jippromwovi d-dħul mill-ġdid tas-servizz ċivili jew militari obbligatorju fil-blokk Ewropew kollu.

Barra minn hekk, ir-rapporti qegħdin jgħidu li l-Kummissjoni Ewropea trid ukoll isaħħaħ l-għarfien tekniku militari taċ-ċittadini, kemm żgħażagħ kif ukoll kbar, u jinsisti li n-nisa għandhom jiġu inklużi wkoll.

Għalhekk, Brussells tipproponi li l-amministrazzjonijiet tal-istat joffru korsijiet speċjalizzati għaċ-ċittadini kollha u, pereżempju, iwettqu manuvri militari jew ta’ mobilizzazzjoni f’każ ta’ emerġenza klimatika.

Ir-rapport jgħidu li f’dan is-sens, Brussell trid issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jaqsmu r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom kemm jista’ jkun malajr.

“L-Unjoni Ewropea trid tkun kapaċi tuża l-mezzi u l-assi kollha disponibbli,” jgħid id-dokument mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jenfasizza wkoll li l-“iktar punt kritiku” huma l-ewwel mumenti ta’ attakk armat jew katastrofi ambjentali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport