Wednesday, December 25, 2024

L-Uragan Ian ikompli juri snienu minkejja li naqqas sew mis-saħħa

Aqra wkoll

Minkejja li fl-aħħar sigħ­at l-Uragan Ian naqqas mis-saħħa formidabbli tie­għu, dan xorta waħda kompla juri l-qilla tiegħu ġewwa Florida hekk kif dan kompla jolqot il-Gulf Coast ta’ Florida b’xita torrenzjali u riħ qawwi. 

Ian laqat b’qilla kbira lil Florida nhar l-Erbgħa wara­nofsinhar bħala uragan ta’ Kategorija 4, u dan ġab miegħu riħ ta’ 150 mil fis-siegħa li ħalla devastazzjoni kull fejn laqat. L-Uragan Ian qiegħed ikun meqjus bħala waħda mill-iktar maltempati qalila li laqtu lill-Istati Uniti f’dawn l-aħħar snin.  

Fortunatament issa dan beda jnaqqas mis-saħ­­ħa tie­għu u f’temp ta’ tm­ien si­għat minn meta ħakem dan niżel għal uragan ta’ Katego­rija 1 b’riħ ta’ 90 mil fis-siegħa. 

Li qiegħed jiġri iżda hu li dan l-uragan qed jimxi bil-mod ħafna u bl-ammont ta’ xita kkawżata qiegħda tkompli tikber il-biża’ ta’ għargħar. 

S’issa fortunatament ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ nies li mietu jew sofrew ġrieħi f’dan il-maltemp.

Ekonomija

Sport