Friday, November 15, 2024

L-Urugwaj jibdew favoriti kontra l-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Minn Grupp H, il-Ħamis fis-2.00 pm, l-Urugwaj jiltaqgħu mal-Korea t’Isfel fl-ewwel logħba tal-grupp. L-Urugwaj mistennija jikkwalifikaw flimkien mal-Portugall u jimmiraw li jirbħu l-grupp bil-possibbiltá li jevitaw lill-Brażil fir-round li jmiss.

L-Urugwaj għandhom jiksbu l-kwalifikaz­zjoni minn dan il-grupp bħalma għamlu fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.

Fir-rigward tal-Korea t’Isfel, huma pprovdew xokk kbir fir-Russja, meta għelbu lill-Ġermanja biex ċaħħduhom minn post fl-Aħħar 16. Huma se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu post fl-Aħħar 16, għalkemm fil-veritá se tkun diffiċli biex jagħmlu dan.

Għall-Urugwaj, Ronaldo Araujo rnexxielu jiġi magħżul fl-iskwadra finali wara li kien hemm dubju jekk kienx se jilħaq jirkupra fil-ħin minn injury fil-koxxa. 

Min-naħa tal-Korea t’Isfel, Son Heung-Min kien sofra injury f’wiċċu ma’ Tottenham Hotspur li setgħet iżżommu barra mill-kampjonat, iżda jinsab mal-iskwadra.

Għaldaqstant se jsirlu test aħħari biex jiġi deċiż jekk hux se jkun tajjeb għal-logħob.

Ekonomija

Sport