Ghana……………. 0
Urugwaj…………. 2
L-Urugwaj għelbu lil Ghana bl-iskor ta’ 2-0 liema riżultat ma kienx biżżejjed biex ikomplu javvanzaw minħabba li temmew b’punti u bid-differenza ta’ goals daqs il-Korea t’Isfel iżda dawn tal-aħħar skorjaw aktar.
Fis-16-il minuta, Ghana setgħu fetħu l-iskor meta ngħataw penalty għal foul ta’ Sergio Rochet fuq Mohammed Kudus. Iżda mill-11-il metru Andre Ayew ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill- istess goalkeeper Rochet.
Ta’ dan in-nuqqas huma pattew qares minħabba li l-Urugwaj skorjaw darbtejn minn Giorgian de Arrascaeta (26, 32) minn żewġ assits ta’ Luis Suarez.
Fit-tieni taqsima, Ghana ppruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni, bl-Urugwajan kalmi jikkontrollaw kull sitwazzjoni … sakemm fit-83 minuta saru jafu li l-Korea t’Isfel għelbu lill-Portugall.
Ghana: Lawrence Ati Zigi, Abdul Rahman Baba, Mohammed Salisu, Daniel Amartey, Alidu Seidu, Salis Abdul Samed (Daniel-Kofi Kyereh 73), Thomas Partey, Jordan Ayew (Kamal-Deen Sulemana 46), Andre Ayew (Osman Bukari 46), Mohammed Kudus, Inaki Williams (Antoine Semenyo 72) – Coach: Otto Addo
Urugwaj: Sergio Rochet, Mathias Olivera, Sebastian Coates, Jose Gimenez, Guillermo Varela, Giorgian de Arrascaeta (Agustin Canobbio 80), Rodrigo Bentancur (Matias Vecino 34), Federico Valverde, Facundo Pellistri (Nicolas De La Cruz 66), Darwin Nunez (Maxi Gomez 80), Luis Suarez (Edinson Cavani 66) – Coach: Diego Alonso
Referee: Daniel Siebert (Ġermanja)
Assistenti: Jan Seidel, Rafael Foltyn (Ġermanja)
Ammoniti: K. Sulemana (G); D. Nunez, L. Suarez, S. Coates (U)