Tuesday, December 24, 2024

L-użu tat-‘tablets’ fl-istudenti tal-primarja “sploda”

Aqra wkoll

Minn studju preliminari li għamlu l-awtoritajiet tal-edukazzjoni jirriżulta li l-użu tat-‘tablets’ “sploda” fil-perjodu li fih it-tfal mhux qed imorru skola minħabba l-coronavirus.

Kien dan il-ġurnal li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici x’inhi s-sitwazzjoni fejn jidħol it-tagħlim onlajn u jekk l-għalliema u l-istudenti qed ikunux f’kuntatt regolari għal-lezzjonijiet.

Bonnici għamilha ċara li l-għalliema mhux obbligati li jgħallmu onlajn, għax mhix mandatorja, madankollu esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dak li qed jagħmlu.

Kien hawn li qalilna li minn studju li qed jagħmlu dwar l-użu tat-‘tablets’ fost l-istudenti tal-Year 4, 5 u 6 irriżulta li fil-ġimgħat li għaddew dawn intużaw aktar milli ntużaw f’sena skolastika sħiħa fis-snin preċedenti.

Ekonomija

Sport