Iċ-Ċina huwa wieħed mill-pajjiżi li fejn jidħol il-mard intlaqat minn kull aspett. Ta’ miin ifakkar lii bħal dan iż-żmien, erba’ snin feġġ l-ewwel każ tal-Covid-19 fiċ-Ċina. Intant minkejja li fil-pajjiż, ftit li xejn għad fadal dawk li jiġu pożittivi għal dan il-vajrus, bħalissa hemm żieda sostanzjali fejn jidħol il-mard respiratorju.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamlet talba lil pajjiż Ċiniż, għal aktar informazzjoni dwar il-mard respiratorju li bħalissa qiegħed jinfirex fit-Tramuntana tal-pajjiż. Dan filwaqt, li l-WHO ħeġġet lin-nies biex jieħdu passi sabiex b’hekk inaqqsu r-riskju ta’ infezzjoni.
Iż-żieda li fil-mard li jixbaħ l-influwenza li qed jolqot l-iktar lit-Tramuntana tal-pajjiż, żdied b’rata mgħaġġla f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru. F’kumment li tat lil ġurnalisti, il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa fil-pajjiż qalet l-ġimgħa li għaddiet kien hemm żieda fil-mard respiratorju.
Huma qalu li huwa maħsub li qed jiġri hekk kif tneħħew il-maġġorparti tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19, kemm għar-residenti, kif ukoll għal dawk li jkunu qegħdin jivjaġġaw lejn iċ-Ċina.
Midja statali irrapurtat li bħalissa l-kapitali Ċiniża ta’ Beijing, li tinsab fit-Tramuntana tal-pajjiż, qed tesperjenza kesħa kbira, b’ħafna mid-drabi it-temperaturi jkunu baxxii.
Huma qalu wkoll li sa nhar il-Ġimgħa, it-temperaturi huma mistennija jinżlu
taħt iż-żero. Bosta ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom jmorru l-iskola fiċ-Ċina jinsabu kkonċernati, hekk kif it-tfal tagħhom jinsabu jew ma jifilħux jew inkella qegħdin f’riskju li jimirdu.
F’kumment li tat lil midja, omm li t-tifel tagħha għandu disa’ snin, qalet li bħalissa binha għandu uġigħ kbir fil-griżmejn, għejja u deni li ma jridx jinżel.