Il-Maġistrat Lara Lanfranco qalet li fiċ-ċirkostanzi fejn l-espert ewlieni fl-inkjesta tal-isptarijiet Jeremy Harbinson qed jibqa’ jirrifjuta li jixhed, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala l-prosekutur għandu d-dover li jibda jaħseb x’se jagħmel. Il-Maġistrat Lanfranco għamlet din id-dikjarazzjoni meta dalgħodu saret seduta oħra b’rabta mal-inkjesta tal-isptarijiet fejn qed jiġu akkużati l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u numru ta’ persuni oħra.
Il-Maġistrat żiedet li hija mhux se tindaħal dwar x’għandu jagħmel l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali iżda rrimarkat li hemm ħafna għażliet dwar x’jista’ jsir.

