Saturday, October 26, 2024

“La l-poplu Ukren u lanqas aħna mhu se naqtgħu qalbna”

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sostniet li l-messaġġ tal-Ewropa kien ċar u fakkret li din se tibqa’ mal-Ukrajna u mhijiex se tħares lura quddiem dak kollu li kellu jgħaddi minnu l-poplu Ukren f’dawn l-aħħar xhur.

Metsola qalet li l-poplu Ukren mhux biss qed jiġġieled gwerra għall-indipendenza, iżda gwerra ta’ valuri. Dawn il-valuri jirrappreżentaw il-ħajja ta’ kull ċittadin Ewropew, liema valuri mhux dejjem kienu apprezzati biżżejjed.

Fid-diskors tagħha li kien jimmarka l-293 jum mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, Metsola kompliet biex tfakkar anke dwar iż-żjara tagħha f’dan il-pajjiż f’April li għadda. Sostniet li dik iż-żjara kienet turija ċara ta’ kemm il-Parlament Ewropew kien qed jappoġġja lill-Ukrajna f’din il-ġlieda tiegħu. Hija tenniet li l-premju tal-lum għandu jservi biex ifakkar dan l-appoġġ li l-Unjoni Ewropea baqgħet tagħti f’dawn iż-żminijiet tant ibsin.

“Naf li l-poplu qalbieni Ukren mhux se jaqta’ qalbu u nassigurakom li lanqas aħna m’aħna se naqtgħu qalbna”, temmet tgħid il-President tal-Parlament Ewropew.

Sport