Friday, November 15, 2024

La Liga: Barca miżmuma f’darhom

Aqra wkoll

Barcelona ma setgħux ikabbru l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata ta’ La Liga għal 15-il punt hekk kif fallew żewġ punti fi draw ta’ 0-0 f’darhom kontra Girona.

La Blaurgana laqgħu lir-rivali Katalani tagħhom fin-Nou Camp bil-għan li jieħdu vantaġġ sħiħ mit-telfa ta’ 3-2 ta’ Real Madrid kontra Villarreal.

Madankollu, l-ospiti ma kienux fl-aqwa tagħhom hekk kif Girona ħatfu biss it-tieni punt tagħhom fil-kampjonat kontra l-ġirien illustri tagħhom.

Girona baqgħu reżiljenti fit-tieni taqsima, biex iżommu lil Barca, u jiżguraw li l-inkurunazzjoni tat-titlu tittardja b’mill-inqas ġimgħa oħra.

Dan ir-riżultat mhux probabbli li jkollu impatt kbir fuq it-taqtiegħa għat-titlu, b’Barcelona għadhom 13-il punt fuq Real Madrid, meta għat-tmiem fadal 10 logħbiet oħra.

BURNLEY KWAŻI CHAMPIONS – Il-leaders taċ-Championship fl-Ingilterra, Burney, li tilfu posthom fil-Premier League f’Mejju li għadda, u nhar il-Ġimgħa ssiġillaw il-promozzjoni, tard nhar it-Tnejn filgħaxija għamlu pass kbir biex jitilgħu bħala champions meta f’Turf Moor għelbu lit-team ta’ warajhom, Sheffield United, 2-0 b’goals fit-tieni taqsima.

Il-Blades ġew ħandikappati meta fis-17-il minuta tilfu lil Wes Fotheringham li ġie muri l-karta l-ħamra.

Wara siegħa logħob mingħajr goals kien l-Islandiż, Johann Gudmundsson, li skorja doppjetta għall-Clarets fis-60 u fis-70 minuta. 

Ekonomija

Sport