Sunday, December 22, 2024

La Liga: Il-vantaġġ ta’ Barca jonqos għal 11-il punt wara draw

Aqra wkoll

Barcelona naqsu milli jiskorjaw għat-tielet logħba konsekuttiva hekk kif ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Getafe f’La Liga.

Raphinha u Alejandro Balde laqtu l-lasta f’suċċessjoni rapida fl-ewwel taqsima u Barca ma setgħux isibu avvanz.

Id-draw tal-Ħadd isegwi staġnar kontra Girona nhar it-Tnejn, u telfa ta’ 4-0 fil-Copa del Rey kontra Real Madrid.

Minkejja t-taqbida tagħhom għall-goals, Barca għandhom vantaġġ ta’ 11-il punt fuq Madrid meta fadal disa’ logħbiet għat-tmiem.

Il-viżitaturi laqtu l-lasti darbtejn f’temp ta’ sekondi fil-25 minuta – Raphinha minn goal-kick ta’ Marc-Andre ter Stegen iżda x-xutt tiegħu ħabat mal-mimduda u waqa’ għand Balde li ma laqatx il-ballun li ħabat mal-lasta l-wieqfa. L-istess Raphinha resaq qrib ukoll wara l-mistrieħ għal Barca, iżda x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa ġie miżmum mill-goalkeeper ta’ Getafe, David Soria, meta kien fadal kwarta logħob.

Nhar is-Sibt, Real Madrid friski mir-rebħa 2-0 fl-ewwel leg tal-kwarti-finali taċ-Champions League kontra Chelsea, għelbu lil Cadiz bl-istess skor  biex naqqsu l-vantaġġ ta’ Barcelona fil-quċċata ta’ La Liga għal 11-il punt. Il-goals ġew minn Nacho u Marco Asensio.

Għat-tmiem tal-kampjonat Spanjol fadal disa’ logħbiet oħra b’Barca jillidjaw bi 73 punt, Real għandhom 62 u Atletico Madrid 60.

Ekonomija

Sport