La Liga aċċettaw it-talba ta’ Barcelona li jiffirmaw goalkeeper ieħor ta’ emerġenza wara li dak regolari Marc-Andre Ter Stegen weġġa’ u għandu staġun barra. Il-Katalani se jkunu qed jakkwistaw is-servizzi ta’ Wojciech Szczesny li telaq għal kollox bl-idea li jirtira sabiex jgħin lil Barcelona sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Il-klawsola mill-Artiklu 77 jgħid li tim Spanjol jista’ jiffirma goalkeeper ġaladarba jkun hemm xi injury.