Saturday, December 14, 2024

La Liga qed tiffaċċja kollass finanzjarju

Aqra wkoll

Dan l-istaġun il-finanzi kienu punt ta’ diskussjoni kbir fil-football Spanjol dan, l-aktar minħabba l-ġlidiet ta’ Barcelona biex jirrispettaw ir-regolamenti tal-Financial Fair Play imposti minn La Liga.

Il-president ta’ din tal-aħħar, Javier Tebas, spiss tkellem dwar is-suġġett tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Barcelona, li rathom ma setgħux jiffirmaw players f’Jannar, minkejja t-tluq ta’ Memphis Depay u Hector Bellerin.

Il-ġlidiet tagħhom x’aktarx ikomplu għal xi żmien ieħor, iżda jidhru li mhumiex dawk fl-inkwiet, b’El Espanol jirrapporta li La Liga nfushom jinsabu fix-xifer ta’ “kollass finanzjarju”, wara rapporti li żewġ sponsors ewlenin, DAZN u CVC, qed jikkunsidraw li jiksru l-kuntratti tagħhom.

Madankollu, La Liga, malajr wieġbu għall-aħbar, fejn ħarġu stqarrija li fiha ċaħdu li DAZN u CVC kienu qed jikkunsidraw li jitilqu, filwaqt li attakkaw ukoll lil El Espanol għan-“nuqqas ta’ professjonaliżmu”, skont Sport.

“Huwa assolutament falz li DAZN u CVC qed jikkunsidraw li jiksru l-kuntratti tagħhom ma’ La Liga minħabba problemi ekonomiċi u legali.

“Huwa wkoll inkwetanti li l-ebda persuna minn El Espanol ma kkuntattjat lil La Liga biex tikkuntrasta l-informazzjoni, f’nuqqas ta’ rigorożità u professjonaliżmu ġurnalistiku.”

Wieħed irid jara jekk El Espanol jew La Liga humiex korretti dwar din il-kwistjoni. Jekk tal-ewwel għandhom raġun, il-football Spanjol jista’ jkun fi żmien inkwetanti.

Ekonomija

Sport