Iż-żewġ protagonisti ta’ La Liga, Real Madrid u Barcelona, it-tnejn kisbu rebħiet kbar meta l-kampjonat riesaq lejn it-tmiem. Real għelbu lil Almeria 4-2 u Barcelona lil Real Betis 4-2.
Il-goals ta’ Real ġew minn hat-trick ta’ Karim Benzema, li t-tliet goals rawh jgħaddi lil Hugo Sanchez bħala r-raba’ l-ogħla skorer fl-istorja ta’ La Liga b’total ta’ 236, u Rodrygo.
Lionel Messi (474), Cristiano Ronaldo (311) u Zarra (252) biss skorjaw aktar goals fl-ogħla livell Spanjol mill-eks attakkant Franċiż ta’ 35 sena.
Il-goals ta’ Barca ġew minn Andreas Christiansen, Robert Lewandowski, Raphinha u auto-goal ta’ Guido Rodriguez. Betis kellhom lil Edgar Gonzalez imkeċċi wara żewġ karti sofor fit-33 minuta.