Friday, November 15, 2024

La Liga timblokka lil Barcelona milli jirreġistraw lill-akkwisti l-ġodda

Aqra wkoll

Barcelona għadhom ma jistgħux jirreġistraw lill-akkwisti l-ġodda wara li La Liga ċaħdet tentattiv biex jużaw il-fondi  tal-club wara li biegħu bosta mill-assi tagħhom biex il-kotba finanzjarji jkunu bilanċjati biex tissaħħaħ l-iskwadra. 

L-intenzjoni issa hija li jduru lejn  sors ieħor  għal dħul straordinarju bil-bejgħ ta’ 25% oħra tal-kumpanija Barca Studios, għal madwar €100 miljun bit-tama li tippermettilhom jirreġistraw il-players il-ġodda fosthom Robert Lewandowski, Andreas Christensen u Jules Kounde biex ikunu jistgħu jilagħbu fil-logħba tal-kampjonat ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Rayo Vallecano. 

Barcelona daħħlu s-somma ta’  €667 miljun mill-bejgħ ta’ żewġ ftehimiet ta’ drittijiet televiżivi futuri b’dan ikun it-tama tagħhom biex ikunu konformi mar-regoli tal-Fair Play Finanzjarju ta’ La Liga. 

Huma ħabbru wkoll il-bejgħ ta’ ftit inqas minn 25% ta’ Barca Studios, biex ikomplu jsaħħu l-club finanzjarjament.

B’kollox, li jinkludi wkoll ftehim ġdid ta’ sponsor ma’ Spotify, it-tluq ta’ players u żieda fid-dħul, Barcelona qed isostnu li ġabru €850 miljun hekk kif qed ifittxu li jtejbu l-iskwadra tagħhom u joħorġu mill-kriżi finanzjarja.

Iżda dan kollu xorta waħda ma jlaħħqux il-kriterji ta’ La Liga. 

Ekonomija

Sport