“Dak li għamel Beppe Fenech Adami kienet tpattija biex Alfred Grixti jitneħħa mill-ISS – id-Deputat Laburista Tony Agius Decelis
Id-Deputat Laburista Tony Agius Decelis, qal li l-Internaional Social Service investigaw l-ilment li sar fuq is-sur Alfred Grixti u dawn ikkonkludew li dak l-ilment ittieħed barra l-kuntest tiegħu. Agius Decelis għamel riferenza għal diskors li għamel id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-Parlament dwar dak li qal Alfred Grixti, b’rabta ma’ dgħajjes li jsalvaw l-immigranti. Tony Agius Decelis qal li “la ma jistgħux jirbħulna f’Malta imorru barra. Dak li għamel Beppe Fenech Adami fil-Parlament kienet tpattija biex Alfred Grixti jitneħħa mill-bord tal-ISS”.