La Playa de Arena u Ħamrun jinsabu fl-ewwel post tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Beach Soccer wara li rebħu l-ewwel żewġ partiti tagħhom.
Iċ-champions preżenti Ħamrun għelbu lil WA Agency FC 7-1 għalkemm xejn ma sabuha faċli sabiex jirbħu lil ESS Santa Margherita AFC 3-2.
Mill-banda l-oħra, La Playa de Arena li mistennija jissieltu għat-titlu finali kisbu rebħiet ta’ 6-4 kontra WA Agency FC u 7-2 kontra ESS Santa Margherita AFC.
Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja jiddebuttaw Sliema Beach Soccer meta jilagħbu kontra ESS Santa Margherita.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-BEACH SOCCER
La Playa de Arena, Ħamrun 6, WA Agency, ESS Santa Margherita, Sliema Beach Soccer 0.