Sunday, April 12, 2026

LABURISTI TAL-AZZAR GĦALL-EWWEL TA’ MEJJU

Aqra wkoll

LABURISTI TAL-AZZAR huwa volum ġdid jiġbor fih l-istorja ta’ ftit mill-ħafna Laburisti ‘komuni’, mhux parlamentari, minn kull qasam tal-ħajja, ħassieba u attivisti, li kienu l-bażi tal-Partit fl-ibliet u l-irħula f’Malta u f’Għawdex f’epoki differenti taħt mexxejja differenti. Dn il-volum jinkludi 76 bijografiji ta’ irġiel u nisa li immilitaw fil-Partit Laburista  mingħajr ma kkontestaw elezzjoni.

 Kull bijografija hija miktub minn kittieba differrenti u hija illustrata b’ritratti u dokumenti miżmuma għand il-qraba ta’ dawn il-protagonisti. L-editriċi ta’ dan il-volum hija Claire Xuereb Grech.

“Mingħajr din il-bażi, mingħajr il-Laburisti tal-azzar, ma kien ikun hemm ebda partit Laburista, ebda moviment Laburista, ebda gvern Laburista, ebda Malta ħielsa u ebda pajjiż newtrali. Mingħajr dawn in-nies, u ħafna oħrajn bħalhom li għandhom jimlew il-volumi li jmiss, aktarx sal-lum kien għad għandna bażi militari Ingliża f’Malta, għadha hawn in-NATO, għadna ekonomikament niddependu mill-ħniena ta’ ħaddieħor u għadna nintużaw għall-gwerer kontra l-ġirien tagħna u kontra pajjiżi oħra fi nħawi oħra tad-dinja.” Qal kelliem tal-SKS li se jniedu l-ktieb fil-Festa tal-Ewwel ta; Mejju fil-Belt Valletta.

SKS qalet li dan kollu jeżisti minħabba l-Laburisti tal-azzar, nies komuni u ordinarji li f’ħajjithom urew għemil u rieda straordinarja. Tul iż-żminijiet komplew mexjin fuq il-prinċipji Laburisti meta s-soċjetà ta’ żmienhom ibbojkottjathom, kienet inġusta lejhom u li kieku setgħet kienet toqtolhom bil-ġuħ. Minkejja l-mewġ kontra, baqgħu jgħumu kontra l-kurrent u kontra l-interessi personali tagħhom għax hekk kien hemm bżonn għal Malta. 

“Il-Laburisti tal-azzar taw lilna, lil uliedna u lil ulied uliedna pajjiż sabiħ li jħares lejn il-futur bi kburija, kuraġġ u sliem.” Qalet SKS.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport