Barcelona ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif il-plejer żagħżugħ Lamine Yamal se jkollu jibqa’ barra mill-inqas tliet logħbiet minħabba injury. Il-plejer ta’ 18-il sena ilu jinkwetah uġigħ f’ġenbejh bit-tobba qalulu li għalissa se jkollu jħalli barra l-preżenza tiegħu fil-logħbiet li għandhom il-Katalani li huma dawk kontra Newcastle United fil-UEFA Champions League u kontra Getafe u Oviedo f’La Liga.
Yamal hu kkunsidrat bħala wieħed mit-talenti kbar fil-Cantera tal-Katalani bil-kowċ Hansi Flick jittama li jirkupra ma jdumx għal-logħbiet minn Ottubru ‘l hemm.