Sunday, March 16, 2025

Lando Norris jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-istaġun

Aqra wkoll

Is-sewwieq Brittaniku, Lando Norris (McLaren), rebaħ il-Grand Prix inawguarli tal-istaġun li sar fiċ-ċirkwit ta’ Albert Park, f’Melbourne, l-Awstralja, li kien wieħed kaotiku u drammatiku.

Huwa rreġistra ħin ta’ 1:42:06.304 biex għeleb liċ-champion renjanti, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull), b’ 0.895 ta’ sekonda.

Norris u t-team tiegħu għamlu d-deċiżjoni tajbin f’waqthom f’tiġrija li kienet karatterizzata minn ħabtiet, tliet safety cars u bidu li kellu jiġi sospiż hekk kif huwa kellu bidu mill-aqwa biex ta’ twissija li se jkun wieħed minn fost l-isfidanti għar-rebħ tat-titlu. 

Huwa kien sfurzat jissielet kontra theddida li waslet tard minn Verstappen li approfitta mill-ħruġ tas-safety card … iżda b’determinazzjoni kbira rreġistra l-ħames rebħa fil-karriera tiegħu.

Min-naħa tal-eks champion tad-dinja, il-Brittaniku Lewis Hamilton, spiċċa fl-10 post f’ġurnata diffiċli għall-Ferrari, bil- kompatrijott tiegħu u eks kollega fit-team tal-Mercedes, George Russell,  jispiċċa fit- tielet pożizzjoni.

Is-seba’ darbiet champion Hamilton kien  qed jillidja fis-46 dawra iżda kien minħabba li l-Ferrari kienet ħadet id-deċiżjoni żbaljata li jibqa’ fit-trakka bit-tyres ta’ art niexfa wara li għamlet ħalba xita.  

Hu u l-kollega tiegħu, Charles Leclerc, imbagħad kellhom joqogħdu fil-pit hekk kif safety car ntbagħtet għall-aħħar darba wara sensiela ta’ ħabtiet bil-konsegwenza li ż-żewġ sewwieq niżlu taħt l-għaxar post.

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Hamilton, huwa nqabeż minn Leclerc meta daħlet is-safety car u reġgħet issoktat it-tiġrija. F’dan il-proċess iż-żewġ karozzi messew lil xulxin rota ma’ rota f’inċident li seta’ ġie evitat.

U mbagħad, Hamilton mbagħad tilef post ieħor hekk kif l-Awstraljan, Oscar     Piastri (McLaren), ipprova jirkupra wara li tilef il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li daret darbtejn fl-istess post … waqt li kien fit-tieni post.

Fir-raba’ post temm it-Tajlandiż natura­lizzat Ingliż, Alex Albon (Williams), qud­diem iż-żagħżugħ Taljan ta’ 18-il sena Andrea Kimi Antonelli (Mercedes), li ġie relegat fil-ħames post wara li ngħata penali­tá ta’ 10 sekondi. 

Norris esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din ir-rebħa: “Ninsabu kuntent ħafna li rbaħt dan l-ewwel Grand Prix tal-istaġun.

“Jien u t-team tiegħi rbaħna din it-tiġrija minħabba li ma rrepetejniex l-iżbalji li kkommettejna s-sena li għaddiet.

“Tlifna f’Silverstone u fil-Kanada f’tiġri­jiet simili bħal din. Għaldaqstant, nista’ ngħid li tgħallimna mill-iżbalji.

“Din kienet l-ewwel tiġrija minn 24 u għaldaqstant għadu kmieni wisq biex wieħed jitkellem fuq l-andament tal-kors tal-kampjonat.

“Iżda għall-mod kif irnexxieli nirreżisti għall-pressjoni minn Verstappen, jagħtini kuraġġ kbir nippjana l-istrateġija tiegħu għall-bqija tat-tiġrijiet.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport