Monday, December 23, 2024

“Lanqas nista’ nemmen” – Ike u Kaya jirbħu l-MJESC

Aqra wkoll

YouTube video

Ike u Kaya, permezz tal-kanuzunetta My Home se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest  li se sir fid-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi.

Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta Running Free kantata minn Myca, Kylie & Denzel Jo u fit-tielet post On My Way kantata minn Yulan Law.

Id-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-finalisti kienet maqsuma nofs bin-nofs bejn il-punti tal-ġurija u dawk mit-televoting.

Intant filwaqt li l-preżentratriċi Elaine Saliba Bonnici ħabbret ir-rebbieħa, Ike u Kaya dehru tant emozzjonati tant li t-tifla ma felħitx iżżomm id-dmugħ filwaqt li t-tifel kulma felaħ jgħid kien “lanqas nista’ nemmen”.

Dan is-sit jawgura lir-rebbieħa għal din l-esperjenza li hemm lesta għalihom.

Ekonomija

Sport