Kmieni dalgħodu bdew jinkitbu messaġġi li jfakkru l-memorja ta’ Richmond. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm għadd ta’ Rabtin u oħrajn mill-Imtarfa li esprimew xokk għal din l-aħbar li nxterdet aktar kmieni. Richmond jibqa’ mfakkar fost affarijiet oħra bħala bniedem bieżel u għan-namra tiegħu għall-muturi.
Aktar kmieni fi stqarrija maħruġa minnha l-Pulizija qalet li uffiċjali stazzjonati fil-Lock-Up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, innutaw li persuna li kienet qed tinżamm hemmhekk kellu bżonn l-assistenza medika, peress li prima facie deher li kien qiegħed ibati minn ‘fit’.
Minnufih bdiet tingħata l-assistenza medika u anke intużat AED, filwaqt li ssejjaħ tim mediku fuq il-post. Mal-wasla tat-tim mediku, dawn komplew jassistu lil din il-persuna, iżda minkejja kull tentattiv, ir-raġel ta’ 35 sena residenti l-Imtarfa, sfortunatament tilef ħajtu.