Saturday, December 21, 2024

“Lanqas tsunami mhu se jegħlibni … Se nibqa’ nservi lit-tesserati”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista fuq Net TV il-Kap tal-PN Adrian Delia beda biex jgħid li għandna “gvern li tant hu mqatta’” li hemm min fil-PL qed jiġġieled biex jibqa’ għaddej u b’hekk se jkompli jaħdem biex il-grupp parlamentari jersaq aktar viċin.

Dwar il-fiduċja tal-grupp Parlamentari Delia qal li l-grupp kellu suċċessi wieħed wara l-ieħor. Intant tkellem dwar surveys li juru li l-gvern qed jitlef u naqas b’24,000 f’dik li hi fiduċja, iżda l-grupp parlamentari huwa mħasseb għaliex dawn in-nies mhux jitfgħu din il-fiduċja fil-PN.

Delia qal li f’eżami tal-kuxjenza qal li l-PN huma n-nies li jiffurmawh u mhux il-ftit persuni li jiffurmaw il-grupp parlamentari. Delia qal li sab appoġġ sħiħ fit-tesserati u b’sens ta’ lealtà qed jagħżel li jibqa’ li jservi. Qal li l-grupp Parlamentari jridu jingħaqdu u jifhmu x-xewqa tat-tesserati. Delia qal li hu mhux se jegħleb mal-ebda mewġa, lanqas jekk ikun hemm tsunami u għalhekk mhux se jaqta’ qalbu.

Ekonomija

Sport