Monday, April 29, 2024

Laptop “nieqes” instab f’kumpilazzjoni ta’ każ differenti

Aqra wkoll

Laptop li kien wieħed mill-esebiti f’każ li l-Pulizija għandha kontra Bernard Attard issa rriżulta li tħallat ma’ esebiti ta’ każ kompletament differenti. Skont ir-reġistratur tal-Qorti, dan il-laptop ġie ppreżentat fil-kawża żbaljata minn espert maħtur mill-Qorti. Sussegwentement, sar rikors biex dan il-laptop jiġi rtirat mill-kawża żbaljata u jkun ippreżentat fil-kawża proprja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard żvela kif ġraw l-affarijiet fi tweġiba li ta lid-Deputat Laburista Davina Sammut Hili fejn enfasizza li tant dawn is-sitwazzjonijiet tant huma serji li ġew trattati bl-akbar serjetà kemm mill-amministrazzjoni tal-Qorti kif ukoll mill-Ministeru tiegħu.

Filwaqt li kien kawt f’dak li qal minħabba li hemm għaddejjin żewġ inkjesti maġisterjali u oħra amministrattiva maħtura mill-Ministeru, il-Ministru Attard ikkonferma li l-ġimgħa l-oħra xehed ir-reġistratur tal-Qorti Kriminali fl-imsemmija kawża fejn ikkonferma li l-amministrazzjoni tal-Qorti għamlet rapport lill-Pulizija u nfetħet inkjesta quddiem il-Maġistrat Victor Axiak. Spjega wkoll kif fil-kors tal-inkjesta saru tfittxijiet u l-esebit inkwistjoni, f’dan il-każ laptop, instab fil-kumpilazzjoni ta’ każ ieħor.

Sadanittant, il-Ministru Attard fakkar ukoll li nħatar bord amministrattiv biex iwettaq reviżjoni dwar il-kustodja t’oġġetti li jkunu ġew esebiti fi proċeduri legali kif ukoll biex jara l-proċessi ta kif l-esebiti jinżammu u kif dawn jgħaddu minn proċess għall-ieħor. Wara li dan il-bord iwettaq ir-reviżjoni u l-eżaminazzjoni kollha meħtieġa, huwa mitlub li jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu sabiex fejn hemm il-bżonn, jitjieb il-proċess.

Minbarra dan il-bord amministrattiv, il-Ministru Attard semma kif l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati f’dawn l-aħħar xhur kienet f’diskussjonijiet biex isaħħaħ is-sistemi interni, inkluż b’investiment f’sistema ta’ Radio Frequency Identification (RFID). Din is-sistema ser tkun qed tgħin iż-żamma u s-sigurtà tal-esebiti, hekk kif ikun hemm kontr

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport